7.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 267/66


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2009 — Hoelzer vs UASI (SAFELOAD)

(Kawża T-315/09)

2009/C 267/119

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Oliver Hoelzer (Remscheid, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Rother u J. Vogtemier, Rechtsanwälte)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-3 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 1157/2008-4);

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha, inkluż dawk marbuta mal-proċedimenti tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “SAFELOAD” għal prodotti fil-klassijiet 6 u 12 (Applikazzjoni Nru 6 330 831)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li l-element verbali tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ma jiddeskrivix il-karatteristiċi tal-prodotti indikati fl-applikazzjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009 L 78 p. 1).