12.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 220/33 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni vs Edificios Inteco
(Kawża T-235/09)
2009/C 220/70
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: G. Valero Jordana, aġent)
Konvenuta: Edificios Inteco, SL (Valladolid, Spanja)
Talbiet tar-rikorrent
— |
tikkundanna lill-konvenuta tħallas lura lir-rikorrenti s-somma ta EUR 157 238,07 flimkien mal-interessi ta’ EUR 81 686,22 dovuti sal-1 ta’ Ġunju 2009, flimkien mal-interessi għal kull ġurnata ta’ dewmien, li jammontaw għal EUR 21.73796/kuljum, b’effett mit-2 ta’ Ġunju 2009 sar-rimbors totali tad-dejn; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni Ewropea titlob il-ħlas lura parzjali tas-somom imħallsa bil-quddiem lill-kumpannija Edificios Inteco, S.L. fil-kuntest ta’ kuntratt dwar il-proġett “Energy — Comfort 2000 Phase I”, li kellu bħala għan il-bini ta’ ċentru kummerċjali u ta’ negozju fil-belt ta’ Valladolid (Spanja), u li ġie mħassar mill-Kummissjoni.
Insostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta naqset milli twettaq l-obbligi kuntrattwali tagħha.