1.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 180/61 |
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2009 — INEOS Healthcare vs UASI — Teva Pharmaceutical Industries (ALPHAREN)
(Kawża T-222/09)
2009/C 180/112
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: INEOS Healthcare Ltd (Warrington, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz, Barrister, u A. Smith, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Teva Pharmaceutical Industries Ltd (Ġerusalemm, l-Iżrael)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-24 ta’ Marzu 2009 fil-każ R 1897/2007-2; u |
— |
tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tagħhom, kif ukoll għal dawk tar-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: INEOS Healthcare Ltd
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “ALPHAREN”, għal prodotti fil-klassi 5
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra għall-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Reġistrazzjoni bħala trade mark Ungeriża tat-trade mark verbali “ALPHA D3” għal prodotti fil-klassi 5; reġistrazzjoni bħala trade mark Litwana tat-trade mark verbali “ALPHA D3” għal prodotti fil-klassi 5; reġistrazzjoni bħala trade mark Latvjana tat-trade mark verbali “ALPHA D3” għal prodotti fil-klassi 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Il-Bord tal-Appell naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li l-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiemha naqset milli ġġib prova ta’ xebh bejn il-prodotti rispettivi; Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009 u tad-dritt għal smigħ peress li l-Bord tal-Appell ibbaża b’mod żbaljat parti sostanzjali mid-deċiżjoni tiegħu fuq provi li r-rikorrenti ma kellhiex l-opportunità li tikkumenta dwarhom; Ksur tal-Artikolu 76 tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell, fi proċedimenti dwar raġunijiet għal ċaħda ta’ reġistrazzjoni, naqas milli jillimita ruħu għal eżami tal-fatti, tal-provi u tal-argumenti mressqa mill-partijiet u tar-rimedji mitluba; Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell żbalja rigward l-identifikazzjoni tal-pubbliku rilevanti u fl-evalwazzjoni ġenerali tiegħu tal-probabbilità ta’ konfużjoni.