4.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 153/42 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2009 — Maxcom vs UASI — Maxdata Computer (maxcom)
(Kawża T-155/09)
2009/C 153/83
Lingwa tar-rikors: Il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Maxcom sp. z o.o. (Tychy, il-Polonja) (rappreżentant: P. Kral, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Maxdata Computer GmbH & Co. KG (Marl, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Jannar 2009, fil-każ R 1019/2009-2, innotifikata lir-rikorrenti fis-16 ta’ Frar 2009. |
— |
tikkundanna lill-UASI u lill-intervenjenti għall-ispejjeż.. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva “maxcom” għal prodotti fil-klassijiet 9 u 11
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Maxdata Computer GmbH & Co. KG
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark nazzjonali verbali “max”, irreġistrata fil-Ġermanja għal servizzi fil-klassijiet 38 u 42 u għal xi prodotti fil-klassi 9
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa fil-konfront tal-prodotti fil-klassi 9
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Rikors miċħud.
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1)).
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (Verżjoni kodifikata), ĠU L 78, p. 1.