16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/41


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2009 — Icebreaker vs UASI — Gilmar (ICEBREAKER)

(Kawża T-112/09)

2009/C 113/83

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Icebreaker Ltd (Wellington, New Zealand) (rappreżentant: L. Prehn, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gilmar SpA (San Giovanni in Marignano — Rimini, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Jannar 2009 fil-Każ R 1536/2007-4 u tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark ikkonċernata għal prodotti fil-klassi 25; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Icebreaker Ltd

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ICEBREAKER”, għal prodotti fil-klassijiet 9, 24 u 25 — applikazzjoni Nru 3 205 523

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Taljana “ICEBERG” għal prodotti fil-klassi 25, ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tikkonċerna t-trade mark verbali “ICEBERG” għal prodotti fil-klassi 25, it-trade mark verbali Spanjola “ICEBERG” għal prodotti fil-klassi 25, it-trade mark verbali Taljana “ICE” għal prodotti fil-klassi 25, ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tikkonċerna t-trade mark verbali “ICE” għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 inkwantu l-Bord tal-Appell ikkunsidra b’mod żbaljat li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.