21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/50


Rikors ippreżentat fl-20 ta' Jannar 2009 — Easycamp vs UASI — Oase Outdoors (EASYCAMP)

(Kawża T-29/09)

(2009/C 69/109)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Easycamp BV (Amersfoort, l-Olanda) (rappreżentant: C. Beijer, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Oase Outdoors ApS (Give, id-Danimarka)

Talbiet

Tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta' Ottubru 2008 fil-Każijiet magħquda R 853/2007-1 u R 916/2007-1;

tħalli lir-rikorrenti tkompli tuża t-trade mark Komunitarja — applikazzjoni Nru 3 188 943 għal servizzi fil-klassi 43; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “EASYCAMP” għal servizzi fil-klassijiet 39, 41 u 43

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni tat-trade mark Daniża Nru 199 903 355 tat-trade mark figurattiva “easycamp” għal prodotti fil-klassijiet 18, 20, 22, 24, 25 u 28; reġistrazzjoni tat-trade mark Ġermaniża Nru 39 910 614 tat-trade mark figurattiva “easycamp” għal prodotti fil-klassijiet 18, 20, 22, 24, 25 u 28; reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Benelux Nru 944 316 tat-trade mark figurattiva “easycamp” għal prodotti fil-klassijiet 18, 20, 22, 24, 25 u 28; reġistrazzjoni tat-trade mark Ingliża Nru 2 191 370 tat-trade mark figurattiva “easycamp” għal prodotti fil-klassijiet 18, 20, 22, 24, 25 u 28; is-sinjal mhux irreġistrat “easy camp” użat fid-Danimarka u r-Renju Unit

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: laqgħet parzjalment l-oppożizzjoni

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: ċaħdet l-appelli

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 billi l-Bord tal-Appell evalwa ħażin li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.