7.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 55/45 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta' Jannar 2009 — L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-3/09)
(2009/C 55/81)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Italja (rappreżentant: P. Gentili, avvocato dello Stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talba tar-rikorrenti
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008)6015 finali tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar l-għajnuna mill-Istat C 20/2008 (ex 62/2008) li l-Italja biħsiebha tagħti taħt il-forma ta' emenda tal-iskema ta' għajnuna N 59/2004 dwar mekkaniżmu difensiv temporanju għall-bini ta' bastimenti, innotifikata lir-Repubblika tal-Italja fit-22.10.2008 bin-nota tat-22.10.2008 Nru SG-Greffe (2008) D/206436. |
Motivi u argumenti prinċipali
Id-deċiżjoni kkontestata f'din il-kawża hija l-istess bħall-Kawża T-584/08 Cantiere Navale De Poli vs Il-Kummissjoni.
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati f'dik il-kawża.