Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Settembru 2010 – Quinta do Portal vs UASI – Vallegre (PORTO ALEGRE)
(Kawża T-369/09)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali PORTO ALEGRE – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti VISTA ALEGRE – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”
Trade mark Komunitarja - Ċessjoni, revoka u invalidità - Raġunijiet relattivi ta’ invalidità - Reġistrazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 53(1)(a)) (ara l-punti 19, 30)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 1012/2008-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Vallegre, Vinhos do Porto, SA u Sociedade Quinta do Portal, SA. |
Informazzjoni dwar il-kawża
|
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta’ applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: |
Trade mark verbali Komunitarja PORTO ALEGRE għal prodotti fil-klassi 33 |
|
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: |
Sociedade Quinta do Portal, SA |
|
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: |
Vallegre, Vinhos do Porto, SA |
|
Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità: |
Trade mark verbali Portugiża preċedenti VISTA ALEGRE, għal prodotti fil-klassi 33 |
|
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: |
Trade mark verbali Komunitarja PORTO ALEGRE ddikjarata invalida |
|
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: |
Appell miċħud |
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Sociedade Quinta do Portal, SA hija kkundannata għall-ispejjeż. |