Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2010 – Michalakopoulou Ktimatiki Touristiki vs UASI – Free (FREE)
(Kawża T-365/09)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FREE – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti FREE u trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti free LA LIBERTÉ N’A PAS DE PRIX – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”
1. Rikors għal annullament - Ġurisdizzjoni tal-qorti Komunitarja - Mewt ta’ persuna fiżika jew tmiem tal-eżistenza ta’ persuna ġuridika destinatarja ta’ deċiżjoni ta’ istituzzjoni Komunitarja - Azzjoni għal annullament li tista’ tittieħed u d-dritt li jiġi ppreżentat rikors li jista’ jiġi eżerċitat mill-aventi kawża b’titolu universali (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 20, 21)
2. Trade mark Komunitarja - Dispożizzjonijiet proċedurali - Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet - Deċiżjoni li tilqa’ l-oppożizzjoni mingħajr ma tieħu inkunsiderazzjoni t-totalità tal-motivi invokati (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75) (ara l-punti 23-25)
3. Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 43, 44)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 1346/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Free SAS u Eidikes Ekdoseis AE. |
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja: |
Michalakopoulou Ktimatiki Touristiki AE |
Trade mark Komunitarja kkonċernata: |
It-trade mark verbali FREE għal prodotti fil-klassi 16 – Applikazzjoni Nru 3426442 |
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: |
Free SAS |
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: |
Trade mark verbali Franċiża FREE għal servizzi fil-klassi 38; trade mark figurattiva Franċiża free LA LIBERTÉ N’A PAS DE PRIX għal servizzi fil-klassijiet 35 u 38 |
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: |
Oppożizzjoni miċħuda |
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: |
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja miċuħda kompletament |
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Michalakopoulou Ktimatiki Touristiki AE għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u minn Free SAS matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali. |