Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ April 2011 – Deichmann vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ forma ta’ V b’bordura bit-tikek)

(Kawża T-202/09)

“Trade mark Komunitarja – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Komunità Ewropea – Trade mark figurattiva li tirrappreżenta forma ta’ V b’bordura bit tikek – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

1.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv - Trade mark li tikkonsisti fir-rappreżentazzjoni ta’ wieħed mill-elementi li jikkostitwixxu l-prodott - Karattru distintiv - Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 40, 41)

2.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 28, 34, 35, 54)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ April 2009 (R 224/2007‑4), li tikkonċerna r-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Komunità Ewropea ta’ trade mark figurattiva li tirrappreżenta faxxa angolata b’linji bit-tikek.

Informazzjoni dwar il-kawża

Trade mark ikkonċernata:

Trade mark figurattiva li tirrappreżenta faxxa angolata b’linji bit-tikek għal prodotti fil-klassijiet 10 u 25 (reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Komunità Ewropea Nru W00881226)

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Protezzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Deichmann SE hija kkundannata għall-ispejjeż.