Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2012 — Biofrescos vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-159/09)

“Unjoni doganali — Gambli tal-friża mill-Indoneżja — Ċertifikati ta’ oriġini mhux validi — Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni — Talba għal maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni — Artikolu 220(2)(b) u Artikolu 239 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92”

1.                     Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea — Rimbors jew maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni — Artikolu 236 tar-Regolament Nru 2913/92 — Portata — Limiti — Applikazzjoni tad-dritt doganali sostantiv — Kompetenza esklużiva tal-awtoritajiet nazzjonali (Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikolu 236) (ara l-punti 10-12)

2.                     Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea — Rimbors jew maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni — Ksur tal-Artikolu 220(2) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità — Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikolu 220(2)(b)) (ara l-punti 13-22)

3.                     Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea — Rimbors jew maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni — Klawżola ta’ ekwità stabbilita permezz tal-Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità — Portata — Setgħa ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni — Modalitajiet ta’ eżerċizzju — “Sitwazzjoni partikolari” — Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikolu 239) (ara l-punti 26-28)

4.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punti 37, 38)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 72 finali, tas-16 ta’ Jannar 2009, li tikkonstata li hemm lok li jsir id-dħul fil-kontijiet a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni u li l-maħfra ta’ dawn id-dazji ma hijiex iġġustifikata f’każ partikolari.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Biofrescos — Comércio de Produtos Alimentares, Lda hija kkundannata għall-ispejjeż.