Keywords
Subject of the case
Parti operattiva

Keywords

Rikors għal annullament - Motivi - Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni - Raġuni distinta minn dik li tirrigwarda l-legalità fil-mertu (Artikoli 230 KE u 253 KE) (ara l-punt 31)

2. Koeżjoni ekonomika u soċjali - Interventi strutturali - Finanzjament Komunitarju - Ksur tal-kundizzjonijiet previsti - Obbligu tal-Istati Membri li jirkupraw il-fondi mitlufa minħabba abbuż jew negliġenza - Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali - Limiti - Effettività tad-dritt Komunitarju (Artikolu 211 KE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 2052/88, Artikolu 4(1), Nru 4253/88, Artikoli 23 u 24; Regolament tal-Kummissjoni Nru 1681/94, Artikolu 5(2)) (ara l-punti 47-49)

3. Koeżjoni ekonomika u soċjali - Interventi strutturali - Finanzjament Komunitarju - Obbligu tal-Istati Membri ta’ kontroll regolari tal-azzjonijiet iffinanzjati - Kompetenza tal-Kummissjoni sabiex tikkonstata difetti fis-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll fil-livell nazzjonali (Artikolu 274 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 4253/88, Artikoli 23(1), u 24) (ara l-punti 55, 56, 58)

Subject of the case

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 8355, tal-11 ta’ Diċembru 2008, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), mogħtija fil-kuntest tad-dokument ta’ programmazzjoni individwali Nru 97.07.13.003, li jaqa’ taħt l-Objettiv 2, fir-rigward tar-reġjun ta’ Groningue-Drenthe, b’mod konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/711/KE, tas-26 ta’ Mejju 1997.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Ir-rikors huwa miċħud.

2) Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandu jbati l-ispejjeż.