Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Settembru 2010 – Micro Shaping vs UASI (packaging)

(Kawża T-64/09)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva packaging – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 30, 31, 44, 45)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel tal-Bord tal-Appell tal-UASI, tal‑11 ta’ Diċembru 2008 (Każ R 1063/2008-1), dwar applikazzjoni għar‑reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv packaging bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Micro Shaping Ltd

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

It-trade mark figurattiva packaging għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 17 u 42 – Applikazzjoni Nru 6354311

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni:

Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni parzjalment irrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Micro Shaping Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.