Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Marzu 2012 —
Hipp vs UASI — Nestlé (Bebio)

(Kawża T-41/09)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Bebio — Trade mark Komunitarja verbali u trade mark internazzjonali verbali preċedenti BEBA — Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja —Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 30, 55-57)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Novembru 2008 (Każ R 1790/2007‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sociéte des Produits Nestlé S.A. u Hipp & Co. KG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hipp & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.