Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Marzu 2010 – Baid vs UASI (LE GOMMAGE DES FACADES)

(Kawża T-31/09)


“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali LE GOMMAGE DES FACADES – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] – Obbligu ta’ motivazzjoni – L-ewwel sentenza tal-Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (li saret l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 28, 33, 34)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Ottubru 2008 (Każ R 963/2008‑1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali LE GOMMAGE DES FACADES bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Baid SARL

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali LE GOMMAGE DES FACADES għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 19 u 37 – Applikazzjoni Nru 6071641

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)     Ir-rikors huwa miċħud.

2)     Baid SARL hija kkundannata għall-ispejjeż.