Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Jannar 2011 – Park vs UASI – Bae (PINE TREE)
(Kawża T-28/09)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark Komunitarja figurattiva PINE TREE – Użu ġenwin mit-trade mark – Artikolu 50(1)(a) u Artikolu 55(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 51(1)(a) u l-Artikolu 56(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
1. Trade mark Komunitarja - Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni - Eżami tal-oppożizzjoni - Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti - Użu ġenwin - Kunċett - Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 43(2) u (3)) (ara l-punti 82-85)
2. Trade mark Komunitarja - Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni - Eżami tal-oppożizzjoni - Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti - Użu ġenwin - Kunċett - Determinazzjoni ta’ livell kwantitattiv ta’ użu minimu - Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 43(2) u (3)) (ara l-punt 86)
3. Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità - Kawżi ta’ revoka - Nuqqas ta’ użu ġenwin mit-trade mark (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 50(1)(a)) (ara l-punti 89-96)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Novembru 2008 (Każ R 1882/2007‑4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Mo‑Hwa Park u Chong‑Yun Bae. |
Informazzjoni dwar il-kawża
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta’ talba għal revoka: |
Trade mark verbali PINE TREE għal prodotti fil-klassi 28 – Trade mark Komunitarja Nru 318857 |
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: |
Chong‑Yun Bae |
Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: |
Mo‑Hwa Park |
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: |
Revoka tad-drittijiet tal-proprjetarju tat-Trade mark Komunitarja kkonċernata kkonstatata |
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: |
Deċiżjoni kkontestata annullata u talba għal revoka tat-trade mark ikkonċernata miċħuda |
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Mo‑Hwa Park huwa kkundannat għall-ispejjeż. |