26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/28


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-26 ta’ Marzu 2012 — Cañas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-508/09) (1)

(Kompetizzjoni - Regoli kontra d-doping - Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ ilment - Waqfien ta’ attività professjonali - Tmiem tal-interess ġuridiku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2012/C 151/45

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Guillermo Cañas (Buenos Aires, l-Argentina) (rappreżentanti: inizjalment F. Laboulfie u C. Aguet, sussegwentement Y. Bonnard, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Van Nuffel u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assisti minn J. Derenne, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Aġenzija Dinjija Kontra d-Doping (Lausanne, l-Isviżżera) (rappreżentanti: G. Berrisch, avukat, D. Cooper, solicitor, u N. Chesaites, barrister); u ATP Tour, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: B. van de Walle de Ghelcke u J. Marchandise, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 7809, tat-12 ta’ Ottubru 2009, fil-Każ COMP/39.471, li tiċħad minħabba nuqqas ta’ interess Komunitarju ilment li jikkonċerna ksur tal-Artikoli 81 KE u 82 KE allegatament imwettaq mill-Aġenzija Dinjija Kontra d-Doping, mill-ATP Tour, Inc u mill-Kunsill Internazzjonali ta’ Arbitraġġ għall-Isport (ICAS).

Dispożittiv

(1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

(2)

Guillermo Cañas għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)

L-Aġenzija Dinjija Kontra d-Doping u l-ATP Tour, Inc għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

(4)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent ta’ European Elite Athletes Association.


(1)  ĠU C 80, 27.03.2010