|
26.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/26 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Jannar 2011 — Terezakis vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-411/09) (1)
(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Tibdil tal-att ikkontestat fil-mori tal-kawża - Rifjut li jinbidlu t-talbiet - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2011/C 63/51
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Ioannis Terezakis (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: iniżjalment B. Lombart, sussegwentement P. Synoikis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u C. ten Dam, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Awwissu 2009 li tirrifjuta lir-rikorrent l-aċċess għal ċerti partijiet kif ukoll għall-annessi ta’ ċerti ittri skambjati bejn l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u l-Ministeru tal-Ekonomija u tal-Finanzji Elleniku dwar l-irregolaritajiet fiskali marbuta mal-kostruzzjoni tal-ajruport ta’ Spata, f’Ateni (il-Greċja)
Dispożittiv
|
(1) |
Ma għadx hemm lok li tittieħed deċiżjoni dwar ir-rikors. |
|
(2) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |