|
3.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 179/39 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Mejju 2010 — Almamet vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-410/09 R)
(“Proċeduri għal miżuri proviżżorji - Kompetizzjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa - Garanzija bankarja - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Dannu finanzjarju - Nuqqas ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali - Nuqqas ta’ urġenza”)
(2010/C 179/68)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Almamet GmbH Handel mit Spänen und Pulvern aus Metall (Ainring, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Hautbourg u C. Renner, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan, V. Bottka u N. von Lingen, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-22 ta’ Lulju 2009, dwar proċedimenti skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/39.396 — reaġenti abbażi ta’ karbur tal-kalċju u ta’ manjesju għall-industriji tal-azzar u tal-gass).
Dispożittiv
|
(1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
|
(2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |