24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/18


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2011 — Tecnoprocess vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-403/09) (1)

(Rikors għad-danni - Arrikiment indebitu - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà)

2011/C 282/34

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Tecnoprocess Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: A. Majoli, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bordes u L. Prete, aġenti)

Suġġett

Rikors intiż, minn naħa, sabiex jiġi kkonstatat l-arrikiment indebitu tal-Kummissjoni Ewropea u tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fil-Marokk u fin-Niġerja u, min-naħa l-oħra, għall-kundanna tal-Kummissjoni sabiex tħallas is-somma ta’ EUR 114 069,94 flimkien mal-interessi dovuti fuq din is-somma.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Tecnopress Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 297, 5.12.2009.