9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/23


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Awwissu 2010 — Grúas Abril Asistencia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-386/09) (1)

(Rikors għal annullament - Kompetizzjoni - Ċaħda ta’ ilment - Att li ma jistax jiġi kkontestat minn individwi - Inammissibbiltà)

2010/C 274/35

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Grúas Abril Asistencia, SL (Alicante, Spanja) (rappreżentant: R.L. García García, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u F. Castilla Contreras, aġenti)

Suġġett

Rikors intiż għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Awwissu 2009 li tinforma lir-rikorrenti li l-fatti li hija lmentat dwarhom quddiemha ma jippermettux li tikkonstata ksur tal-Artikoli 81 KE, 82 KE u 86 KE, u li għaldaqstant, l-ilment tagħha ma jistax jiġi kkunsidrat.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Grúas Abril Asistencia, SL, hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 282, 21.11.2009.