17.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 370/25 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ottubru 2011 — Groupement Adriano, Jaime Ribeiro, Conduril — Construção vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-335/09) (1)
(Rikors għal annullament - Programm MEDA I - Ftehim speċifiku ta’ finanzjament - Mandat mogħti lill-Unjoni Ewropea biex tirkupra krediti dovuti minn terz lir-Renju tal-Marokk - Nota ta’ debitu - Ittra ta’ tfakkir - Atti mhux dissoċjabbli mill-kuntratt - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà)
2011/C 370/41
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Groupement Adriano, Jaime Ribeiro, Conduril — Construção, ACE (Porto, il-Portugall) (rappreżentanti: A. Pinto Cardoso u L. Fuzeta da Ponte, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A.-M. Rouchaud-Joët u S. Delaude, aġenti, assistiti minn R. Faria da Cunha, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament, min-naħa waħda, tan-nota ta’ debitu Nru 3230905272 maħruġa mill-Kummissjoni fit-12 ta’ Ġunju 2009 u, min-naħa l-oħra, tal-ittra tat-3 ta’ Awwissu 2009 li permezz tagħha l-Kummissjoni ordnat il-ħlas tas-somma mitluba permezz tan-nota ta’ debitu kif ukoll tal-interessi moratorji relatati magħha.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Groupement Adriano, Jaime Ribeiro, Conduril — Construção, ACE. |