29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/39


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2010 — Concord Power Nordal vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-317/09) (1)

(Rikors għal annullament - Suq intern fil-gass naturali - Artikolu 22 tad-Direttiva 2003/55/KE - Ittra tal-Kummissjoni li titlob lil awtorità regolatorja tibdel id-deċiżjoni tagħha rigward l-għoti ta’ eżenzjoni - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà)

2011/C 30/71

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Concord Power Nordal GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. von Hammerstein, C.-S. Schweer u C. Wünschmann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Wilms, O. Beynet u B. Schima, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: OPAL NEL Transport GmbH (Kassel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Quack u O. Fleischmann, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ġunju 2009, indirizzata lill-Bundesnetzagentur (awtorità regolatorja Ġermaniża) abbażi tal-Artikolu 22(4) tad-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 230).

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal trattament kunfidenzjali ppreżentati minn Concord Power Nordal GmbH.

(2)

Ir-rikors huwa miċħud.

(3)

Concord Power Nordal għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)

OPAL NEL Transport GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 267, 07.11.2009.