14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/45


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2010 — Meister vs UASI

(Kawża T-284/09 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Redazzjoni tardiva tar-rapporti ta’ evalwazzjoni - Suġġett tar-rikors fl-ewwel istanza - Risposta tardiva għall-ilmenti - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment infondat)

2010/C 221/74

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Herbert Meister (Muchamiel, Spanja) (rappreżentant: H.-J. Zimmermann, avukat)

Parti oħra fil-proċeduri: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentanti: I. de Medrano Caballero u G. Faedo, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u E. Winter, avukati)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal tas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tat-18 ta’ Mejju 2009, Meister vs UASI (F-138/06 u F-37/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiża għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Herbert Meister għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk esposti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 244, 10.10.2009.