19.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 55/22 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2010 — Albertini et u Donnelly vs Il-Parlament
(Kawżi T-219/09 u T-326/09) (1)
(Rikors għal annullament - Skema ta’ pensjoni supplementari tad-deputati fil-Parlament Ewropew - Emenda fl-iskema ta’ pensjoni supplementari - Att ta’ portata ġenerali - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà)
2011/C 55/39
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Gabriele Albertini (Milan, L-Italja) kif ukoll it-62 membru jew ex membru tal-Parlament Ewropew li l-ismijiet tagħhom jinsabu annessi mad-digriet (Kawża T-219/09); u Brendan Donnelly (Londra, Ir-Renju Unit) (Kawża T-326/09) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment H. Krück, A. Pospíšilová Padowska u G. Corstens, sussegwentement N. Lorenz, A. Pospíšilová Padowska u G. Corstens, aġenti)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew, tad-9 ta’ Marzu u tal-1 ta’ April 2009, li jemendaw l-iskema ta’ pensjoni supplementari (volontarja) li tinsab fl-Anness VIII tal-leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-ispejjeż u l-allowances tad-deputati fil-Parlament Ewropew.
Dispożittiv
(1) |
Il-Kawżi T-219/09 u T-326/09 għandhom jiġu magħquda għall-finijiet tad-digriet. |
(2) |
Ir-rikorsi għandhom jiġu miċħuda bħala inammissibbli. |
(3) |
Gabriele Albertini u t-62 rikorrent ieħor li jinsabu fl-anness, kif ukoll Brendan Donnelly, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Parlament Ewropew. |