20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/42


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-2 ta’ April 2009 — Cachuera vs UASI — Gelkaps (Ayanda)

(Kawża T-43/09) (1)

(“Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà”)

2009/C 141/90

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: La Cachuera, SA (Misiones, l-Arġentina) (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Gelkaps GmbH (Pritzwalk, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ Novembru 2008 (Każ RE 87/2008-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn La Cachuera, SA u Gelkaps GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

La Cachuera, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 69, 21.3.2009.