18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/41


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ottubru 2010 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-32/09 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċedura prekontenzjuża - Appell manifestament infondat - Appell inċidentali limitat għall-ispejjeż)

2010/C 346/82

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-4 ta’ Novembru 2008, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-18/07, mhux ippubblikat fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud bħala manifestament infondat.

(2)

L-appell inċidentali huma miċħud bħala manifestament inammissibbli.

(3)

Luigi Marcuccio huma kkundannat, minbarra għall-ispejjeż tiegħu, għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-appell.

(4)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha fil-kuntest tal-appell inċidentali.


(1)  ĠU C 69, 21.3.2009.