14.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 221/44 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2010 — Biocaps vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-24/09) (1)
(Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Deċiżjoni li tordna spezzjoni - Artikolu 20(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Eżistenza tad-destinatarju tad-deċiżjoni - Rikors manifestament infondat fid-dritt)
2010/C 221/73
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Biocaps (Orsay, Franza) (rappreżentanti: Y.-R. Guillou, H. Speyart van Woerden u T. Verstraeten, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u É. Gippini Fournier, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 6524, tad-29 ta’ Ottubru 2008, fil-Każ COMP/39510, li tordna lil Laboratoire Champagnat Desmoulins Philippakis, kif ukoll lill-entitajiet kollha kkontrollati direttament jew indirettament minnha, sabiex jissottomettu ruħhom għal spezzjoni skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 [KE] u 82 [KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt. |
(2) |
Biocaps għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |