1.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 180/50 |
Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-4 ta’ Ġunju 2009 — UniCredit SpA vs UASI — Union Investment Privatfonds (UniCredit)
(Kawża T-4/09) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni- M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
2009/C 180/94
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: UniCredit SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: G. Floridia u R. Floridia, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Montalto, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Union Investment Privatfonds GmbH (Frankfurt, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Zindel, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Novembru 2008 (Każ R 1449/2006-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn UniCredit SpA u Union Investment Privatfonds GmbH.
Dispożittiv
1) |
M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors. |
2) |
Ir-rikorrenti hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-konvenut. |