23.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 184/9 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2012 — In ‘t Veld vs Il-Kunsill
(Kawża T-529/09) (1)
(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Parir tas-servizz legali tal-Kunsill fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni intiża għall-awtorizzazzjoni tal-ftuħ ta’ negozjati li għandhom iwasslu għal ftehim internazzjonali - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-interess pubbliku fil-qasam tar-relazzjonijiet internazzjonali - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-pariri legali - Preġudizzju konkret u previdibbli għall-interess inkwistjoni - Interess pubbliku ikbar)
2012/C 184/14
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sophie in ‘t Veld (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: O. Brouwer u J. Blockx, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Bauer, C. Fekete u O. Petersen, sussegwentement M. Bauer u C. Fekete, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. O’Reilly u P. Costa de Oliveira, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tad-29 ta’ Ottubru 2009, li tirrifjuta l-aċċess totali għad-Dokument Nru 11897/09, tad-9 ta’ Lulju 2009, li jinkludi l-parir tas-servizz legali tal-Kunsill intitolat “Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill intiża għall-awtorizzazzjoni tal-ftuħ ta’ negozjati bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta’ Amerika li għandhom iwasslu għal ftehim internazzjonali ddestinat biex iqiegħed għad-dispożizzjoni tad-dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti data ta’ messaġġi finanzjarji fil-kuntest tal-prevenzjoni tat-terroriżmu u tal-finanzjament tat-terroriżmu kif ukoll tal-ġlieda kontra dawn il-fenomini — Bażi legali”.
Dispożittiv
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Ottubru 2009 hija, minbarra l-partijiet li jirrigwardaw il-kontenut speċifiku tal-ftehim previst jew tal-istruzzjonijiet ta’ negozjazzjoni, annullata inkwantu tirrifjuta l-aċċess għall-partijiet mhux żvelati tad-Dokument Nru 11897/09. |
(2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
(3) |
Kull waħda mill-partijiet għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |