14.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 13/12 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2011 — bpost vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-514/09) (1)
(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti tal-OP - Trasport u distribuzzjoni ta’ kuljum tal-Ġurnal Uffiċjali, kotba, kif ukoll perjodiċi u pubblikazzjonijiet oħra - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor - Kriterji għall-għoti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali)
2012/C 13/22
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: bpost NV van publiek recht, li kienet De Post NV van publiek recht (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: R. Martens, B. Schutyser u A. Van Vaerenbergh, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Manhaeve u N. Bambara, aġenti, assistiti minn P. Wytinck, avukat)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, ikkomunikata permezz ta’ ittra tas-17 ta’ Diċembru 2009, li tiċħad l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti Nru 10234 “Trasport u d-distribuzzjoni ta’ kuljum tal-Ġurnal Uffiċjali, kotba, kif ukoll perjodiċi u pubblikazzjonijiet oħra” (ĠU 2009/S 176-253034) u li tagħti l-kuntratt lill-offerent magħżul u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
bpost NV van publiek recht hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji. |