12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 — LG Electronics vs UASI (KOMPRESSOR PLUS)

(Kawża T-497/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali KOMPRESOR PLUS - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2011/C 46/24

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: LG Electronics, Inc. (Séoul, il-Korea t’Isfel) (rappreżentant: J. Blanchard, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliar-Monguiral, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Settembru 2009 (Każ R 397/2009-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali KOMPRESSOR PLUS bħala trade mark Kommunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

LG Electronics, Inc. għandha tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 37, 13.02.2010.