|
25.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 186/22 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2011 — CheapFlights International Ltd vs UASI — Cheapflights (Cheapflights)
(Kawża T-460/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Cheapflights - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti CheapFlights - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2011/C 186/40
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: CheapFlights International Ltd (Ballybofey, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Cheapflights Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Edenborough, QC)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-31 ta’ Awwissu 2009 (Każ R 1356/2007-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn CheapFlights International Ltd u Cheapflights Ltd.
Dispożittiv
|
(1) |
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-31 ta’ Awwissu 2009 (Każ R 1356/2007-4) hija annullata. |
|
(2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
(3) |
L-UASI u Cheapflights Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti minn CheapFlights International Ltd fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell. |