8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2013 — HSE vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-399/09) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-karbur tal-kalċju u tal-manjeżju intiżi għall-industriji tal-azzar u tal-gass fiż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tal-Irlanda, ta’ Spanja, tal-Portugall u tar-Renju Unit - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Preżunzjoni tal-innoċenza - Multi - Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi għall-2006 - Ċirkustanzi attenwanti - Ksur imwettaq minħabba negliġenza - Ksur awtorizzat jew imħeġġeġ minn awtoritajiet pubbliċi)

2014/C 39/25

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Holding Slovenske elektrarne d.o.o. (HSE) (Ljubljana, is-Slovenja) (rappreżentant: F. Urlesberger, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Bourke u N. von Lingen, sussegwentement N. von Lingen u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 5791 finali, tat-22 ta’ Lulju 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.396 — Karbur tal-Kalċju u rijaġenti bbażati fuq il-manjeżju għall-industriji tal-azzar u tal-gass), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, kif ukoll, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Holding Slovenske elektrarne d.o.o. (HSE) għandha tbati, barra l-ispejjeż tagħha stess, dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 312, 19.12.2009.