|
2.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/18 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2013 — Reber vs UASI — Wedl & Hofmann (Walzer Traum)
(Kawża T-355/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Walzer Traum - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Walzertraum - Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Ugwaljanza fit-trattament)
2013/C 63/35
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Reber Holding GmbH & Co. KG (Bad Reichenhall, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spuhler u M. Geitz, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Wedl & Hofmann GmbH (Mils/Hall in Tirol, l-Awstrija) (rappreżentant: T. Raubal, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Lulju 2009 (Każ R 623/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Reber Holding GmbH & Co. KG u Wedl & Hofmann GmbH.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Reber Holding GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż. |