17.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 355/21 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Producteurs de légumes de France vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-328/09) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Settur tal-frott u l-ħaxix - ‘Pjanijiet ta’ kontinġenza’ intiżi insostenn tas-suq tal-frott u tal-ħaxix fi Franza - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Aspettativi leġittimi - Żball sostantiv fil-kalkolu tas-sommom li għandhom jiġu rkuprati)
2012/C 355/43
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Producteurs de légumes de France (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: iniżjalment O. Fachin, sussegwentement O. Redon, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: B. Stromsky, aġent)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 203 finali, tat-28 ta’ Jannar 2009, dwar il-“pjanijiet ta’ kontinġenza” fis-settur tal-frott u tal-ħaxix implementati mir-Repubblika Franċiża.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Les Producteurs de légumes de France hija kkundannata għall-ispejjeż. |