13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2011 — Audi u Volkswagen vs UASI (TDI)

(Kawża T-318/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali TDI - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(1)(ċ) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 75 u Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009)

2011/C 238/23

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Audi AG (Ingolstadt, il-Ġermanja) u Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Kather, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Mejju 2009 (Każ R 226/2007-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali TDI bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Audi AG u Volkswagen AG huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 267, 07.11.2009.