|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/41 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2011 — CEVA vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-285/09) (1)
(Programm speċifiku ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku fil-qasam tar-riċerka dwar il-ħajja - Proġett Seapura - Ftehim ta’ għoti - Klawżola ta’ arbitraġġ - Talba għal rimbors tal-ħlasijiet li saru bil-quddiem skont kuntratt ta’ finanzjament għal riċerka - Ittri ta’ tfakkir - Rikors għal annullament - Inammissibbiltà)
2011/C 311/73
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Centre d’étude et de valorisation des algues SA (CEVA) (Pleubian, Franza) (rappreżentant: J.-M. Peyrical, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Joris, aġent, assistit minn E. Bouttier, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-erba’ ittri ta’ tfakkir tal-Kummissjoni, tal-11 ta’ Mejju 2009, li bihom din tistieden lir-rikorrent jirrimborsha l-ammont tal-ħlasijiet bil-quddiem li hija tagħtu skont ftehim ta’ għoti konkluż għal proġett li kellu jitwettaq fil-kuntest tal-programm speċifiku ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku intitolat “Kwalità tal-ħajja u ġestjoni tar-riżorsi ħajjin”.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
|
(2) |
Is-Centre d’étude et de valorisation des algues SA (CEVA) huwa kkundannat għall-ispejjeż. |