12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Deutsche Steinzeug Cremer & Breuer vs UASI (CHROMA)

(Kawża T-281/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CHROMA - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2011/C 46/22

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Steinzeug Cremer Breuer AG (Frechen, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Albrecht, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Mejju 2009 (Każ R 1429/2008-4), li jirrigwarda applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali CHROMA bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Deutsche Steinzeug Cremer Breuer AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 244, 10.10.2009.