3.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 225/61


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Mejju 2013 — Morte Navarro vs Il-Parlament

(Kawża T-280/09) (1)

(Petizzjoni indirizzata lill-Parlament Ewropew - Deċiżjoni li ma tittiħidx azzjoni dwar il-petizzjoni - Rikors għal annullament - Att li jikkawża preġudizzju - Ammissibbiltà - Obbligu ta’ motivazzjoni - Petizzjoni li ma taqax fl-oqsma ta’ attività tal-Unjoni)

2013/C 225/137

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: José Carlos Morte Navarro (Zaragoza, Spanja) (rappreżentant: J. González Buitrón, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz, N. Görlitz u P. López-Carceller, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Mejju 2009, li ma tittiħidx iżjed azzjoni dwar il-petizzjoni ppreżentata mir-rikorrent fis-17 ta’ Diċembru 2008 (Petizzjoni Nru 1818/2008).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

José Carlos Morte Navarro għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk inkorsi mill-Parlament Ewropew.


(1)  ĠU C 328, 4.12.2010.