|
5.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 148/30 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2010 — Claro vs UASI — Telefónica (Claro)
(Kawża T-225/09) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja tridimensjonali Claro - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti CLARO - Inammissibbiltà tal-appell ippreżentat quddiem il-Bord tal-Appell - Artikoli 59 u 62 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikoli 60 u 64 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95)”)
2010/C 148/53
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Claro, SA (São Paulo, il-Brażil) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri u A. Castán Pérez-Gómez, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: J. F. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Telefónica SA (Madrid, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Frar 2009 (Każ R 1079/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Telefónica SA u BCP S/A.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Claro SA hija kkundannata għall-ispejjeż. |