28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2011 — Deichmann vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ forma ta’V b’bordura bit-tikek)

(Kawża T-202/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Komunità Ewropea - Trade mark figurattiva li tirrappreżenta forma ta’ V b’bordura bit-tikek - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2011/C 160/24

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deichmann SE, li qabel kienet Heinrich Deichmann-Schuhe GmbH Co. KG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: O. Rauscher, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Weberndörfer, aġent)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ April 2009 (R 224/2007-4), li tikkonċerna r-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Komunità Ewropea, ta’ trade mark figurattiva li tirrappreżenta faxxa angolata b’linji bit-tikek.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Deichmann SE hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 180, 01.08.2009.