|
16.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 120/11 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2011 — Longevity Health Products vs UASI — Performing Science (5 HTP)
(Kawża T-190/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali 5 HTP - Raġuni assoluta għal rifjut - Sinjali jew indikazzjonijiet li jkunu saru użanza - Artikolu 7(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 52(2) tar-Regolament Nru 207/2009)
2011/C 120/28
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Longevity Health Products, Inc. (Nassau, il-Baħamas) (rappreżentant: J. E. Korab, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Performing Science LLC (Las Vegas, Nevada, l-Istati Uniti) (rappreżentant: D. Plasser, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta’ April 2009 (Każ R 595/2008-4), li tirrigwarda proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Performing Science LLC u Longevity Health Products, Inc.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Longevity Health Products, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż. |