24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2014 – Dunamenti Erőmű vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-179/09) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Ungeriżi favur ċerti produtturi ta’ enerġija - Ftehimiet għax-xiri tal-enerġija konklużi bejn impriża pubblika u ċerti produtturi ta’ enerġija - Deċiżjoni li tiddikjara li l-għajnuna mill-Istat hija inkompatibbli mas-suq komuni u tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Vantaġġ - Għajnuna ġdida - Għajnuna għall-funzjonament - Aspettattivi leġittimi - Ċertezza legali”))

2014/C 194/24

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Dunamenti Erőmű Zrt (Százhalombatta, l-Ungerija) (rappreżentanti: inizjalment J. Lever, QC, A. Nourry, R. Griffith, u S. Spence, solicitors, sussegwentement J. Philippe u F.-H. Boret, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u K. Talabér-Ritz, aġenti)

Suġġett

Essenzjalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/609/KE, tal-4 ta’ Ġujnu 2008, dwar l-Għajnuna mill-Istat C-41/05 mogħtija mill-Ungerija permezz ta’ Ftehimiet għax-Xiri tal-Enerġija (ĠU 2009, L 225, p. 53), u, sussidjarajment, talba għall-annullament tal-Artikoli 2 u 5 ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dunamenti Erőmű Zrt għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 167, 18.07.2009.