12.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 46/11 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Ilink Kommunikationssysteme vs UASI (ilink)
(Kawża T-161/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ilink - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2011/C 46/20
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ilink Kommunikationssysteme GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Schütze, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Frar 2009 (Każ R 1849/2007-4), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ilink bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Ilink Kommunikationssysteme GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |