14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — Dover vs Il-Parlament

(Kawża T-149/09) (1)

(Leġiżlazzjoni dwar l-ispejjeż u allowances tad-deputati tal-Parlament Ewropew - Kontroll dwar l-użu tal-allowances - Allowance ta’ assistenza parlamentari - Ġustifikazzjoni tal-ispejjeż - Irkupru tas-somom imħallsa indebitament)

2011/C 145/41

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Densmore Ronald Dover (Borehamwood, Hertfordshire, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: D. Vaughan, QC, M. Lester, barrister, u M. French, solicitor)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: H. Krück, D. Moore u M. Windisch, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni D(2009) 4639 tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, tad-29 ta’ Jannar 2009, dwar l-irkupru ta’ somom imħallsa lir-rikorrent bħala allowances parlamentari.

Dispożittiv

(1)

Id-Deċiżjoni D(2009) 4639 tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, tad-29 ta’ Jannar 2009, hija annullata f’dak li jikkonċerna l-irkupru tas-somma ta’ GBP 193 001.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Parlament u Densmore Ronald Dover għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 141, 20.06.2009.