5.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 38/12 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2010 — Epcos vs UASI — Epco Sistemas (EPCOS)
(Kawża T-132/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva EPCOS - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti epco SISTEMAS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009))
2011/C 38/18
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Epcos AG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. von Zumbusch u S. Schweyer, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Epco Sistemas, SL (Constanti, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Jannar 2009 (Każ R 1088/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Epco Sistemas, SL u Epcos AG.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Epcos AG hija kkundannata għall-ispejjeż. |