20.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/6


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2012 — Protégé International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-119/09) (1)

(Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Suq tal-wiski Irlandiż - Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ ilment - Nuqqas ta’ interess Komunitarju)

2012/C 319/09

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Protégé International Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: D. Shefet, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, A. Biolan u A. Antoniadis, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Pernod Ricard SA (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. Choffel u S. Hautbourg, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 505, tat-23 ta’ Jannar 2009 (Każ COMP/39414 — Protégé International Ltd vs Pernod Ricard), meħuda abbażi tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004, tas-7 ta’ April 2004, dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 81), u li tiċħad, minħabba nuqqas ta’ interess Komunitarju, l-ilment ippreżentat mir-rikorrenti dwar il-ksur tal-Artikolu 82 KE allegatament imwettaq minn Pernod Ricard.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Protégé International Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Pernod Ricard SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 113, 16.05.2009.