23.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Settembru 2010 — Skareby vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-91/09 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Proċedura ta’ evalwazzjoni 2005 - Rapport simplifikat stabbilit għall-perijodu bejn Jannar u Settembru 2005 - Riproduzzjoni kompleta tal-evalwazzjonijiet li jidhru fir-rapport tal-iżvilupp tal-karriera 2004, parzjalment annullat sussegwentement fis-sentenza kkontestata)

(2010/C 288/73)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Carina Skareby (Louvain, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Appell ippreżentat mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla), tal-15 ta’ Diċembru 2008, Skareby vs Il-Kummissjoni, (F-34/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra) u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-15 ta’ Diċembru 2008, Skareby vs Il-Kummissjoni, (F-34/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra) hija annullata sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ċaħad l-ilment ibbażat fuq in-nuqqas tal-evalwazzjoni tar-rendiment ta’ C. Skareby għall-perijodu bejn Jannar u Settembru 2005.

(2)

Id-deċiżjoni tat-18 ta’ Lulju 2006 li tistabbilixxi r-rapport tal-iżvilupp tal-karriera ta’ C. Skareby għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2005 hija annullata, sa fejn tirrigwarda l-punt 6.1. intitolat “Rendiment”.

(3)

Il-kumplament tar-rikors ippreżentat quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku taħt in-numru ta’ riferenza F-34/07 huwa miċħud.

(4)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż kollha relatati ma’ din l-istanza kif ukoll dawk sostnuti quddiem it-Tribunal tas-Servizz Pubbliku.


(1)  ĠU C 102, 01.05.2009.