17.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 370/23 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2011 — Idromacchine et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-88/09) (1)
(Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura formali ta’ investigazzjoni - Frażijiet li jistgħu joħolqu preġudizzju lil kumpannija terza - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Obbligu tas-sigriet professjonali - Danni mhux materjali - Danni materjali - Rabta kawżali - Interessi moratorji u kumpensatorji)
2011/C 370/37
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Idromacchine Srl (Porto Marghera, l-Italja); Alessandro Capuzzo (Mirano, l-Italja); u Roberto Capuzzo (Mogliano Veneto, l-Italja) (rappreżentanti: W. Viscardini u G. Donà, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Grespan u E. Righini, aġenti, assistiti minn F. Ruggeri Laderchi, avukat)
Suġġett
Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-danni allegatament ikkawżati minħabba l-publikazzjoni fil-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea ta’ informazzjoni li tiżgwida li b’mod partikolari tippreġudika l-immaġini u r-reputazzjoni ta’ Idromacchine fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2002) 5426 finali, tat-30 ta’ Diċembru 2004, “Għajnuna mill-Istat — l-Italja — Għajnuna mill-Istat N 586/2003, N 587/2003, N 589/2003 u C 48/2004 (ex N 595/2003)] — Estensjoni bi tliet snin tat-terminu ta’ kunsinna ta’ tanker — Stedina sabiex jiġu preżentati kummenti skont l-Artikolu 88(2) KE”.
Dispożittiv
(1) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil Idromacchine Srl kumpens ta’ EUR 20 000 għad-dannu mhux materjali subit min din tal-aħħar. |
(2) |
Il-kumpens li għandu jitħallas lil Idromacchine għandu jiġi miżjud bl-interessi kumpensatorji, mit-18 ta’ Frar 2005 sal-għoti ta’ din is-sentenza, bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għall-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament, miżjuda b’żewġ punti. |
(3) |
Il-kumpens li għandu jitħallas lil Idromacchine għandu jiġi miżjud bl-interessi moratorju, mill-għoti ta’ din is-sentenza sal-ħlas sħiħ tal-imsemmi kumpens, bir-rata stabbilita mill-BĊE għall-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament, miżjuda b’żewġ punti. |
(4) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
(5) |
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha u żewġ terzi tal-ispejjeż ta’ Idromacchine, ta’ Alessandro Capuzzo u ta’ Roberto Capuzzo li għandhom ibatu terz tal-ispejjeż tagħhom stess. |